Iqum bil-lejl Stays awake at night

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal QAM BIL-LEJL għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti ssir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ O taħt l-għajnejn u jinfetħu f’daqqa f’forma ta’ L. (ii) It-tieni parti hija s-sinjal għal LEJL. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il ġewwa dritti livell tar-ras u mbagħad jinżlu ’l isfel lejn in-nofs u jaqsmu għall-ġenb l-ieħor wara li jgħaddu minn quddiem xulxin.

The sign for STAYS AWAKE AT NIGHT has two parts. (i) The first part is made with both hands in the shape of O below the eyes. The O shape opens so the hands form an L shape. (ii) The second part is the sign for NIGHT. Both hands take the shape of upright 5 with palms facing inwards at head level. They then move down towards the middle and cross to opposite sides after passing from in front of each other.